Joe Cassar twieled fid-19 ta' Mejju, 1966.
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwiġi u fl-Università ta' Malta minn fejn iggradwa bħala tabib
fl-1990. Kompla jispeċjalizza fil-psikjatrija fl-Università ta' Yale, fl-Istati Uniti u llum hu konsulent fil- psikjatrija mad-Dipartiment tas-Saħħa, kif ukoll lekċerer l-Università ta' Malta.
Matul il-karriera professjonali tiegħu, kien President tal-Malta Medical Students Association, membru
fl-eżekuttiv tal-Medical Association of Malta, President tal-Yale Psychiatry Residents Association u membru attiv f'Moviment Internazzjonali Kattoliku.
Irrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista fil-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali Maltija. Hu awtur ta' diversi papers dwar il-psikjatrija. Miżżewweġ lil Anna Maria u għandhom żewġt itfal. |