HOME PROFILE SPEECHES ARTICLES GALLERY CONTACT LINKS UPCOMING EVENTS  

Links

Media.link Communications Company Ltd., l-entita kummerċjali tal-Partit Nazzjonalista kienet inawgurata fl-1 ta Lulju 2000, dakinhar ħadet post Multi Comm Ltd. Il-ħtieġa li jkun hemm re-launch tal-Kumpanija rriżulta wara proċess ta' riorganizzazzjoni li kien impliment matul l-ewwel parti tas-sena 2000. Parti mill-proċess ta' riorganizzazzjoni kien jinkludi l-integrazzjoni ta' prodotti u servizzi tal-kumpanija taħt isem wieħed: għaldaqstant it-twelid ta' Media.link. Din il-kumpanija issa qed topera minn bini ġdid li tlesta matul is-sena 2005 u li jifforma parti mill-proġett komplut tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjoanlista fi Triq Herbert Ganado fil-Pieta.
Matul l-aħħar snin, il-kumpanija kompliet tevolvi biex illum timpjega aktar minn 120 impjegat full-time u aktar minn 200 kontributur. Din il-Kumpanija tinkludi fiha lil Net Television, Radio 101, il-Librerija Informa, Pubblikazzjonijiet Indipendenza PIN, In-Nazzjon, il-Mument, il-magazine Life & Style u l-maltarightnow.com.

Nistiednuk iżżur is-sit elettroniku ta din il-Kumpanija fuq l-indirizz http://www.media.link.com.mt


Net Television ilu jitrasmetti sa mis-sena 1998 u stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aħjar stazzjonijiet lokali. Minkejja taħlita vasta ta' programmi ta' kwalita għolja, dan l-istazzjon ixandar bosta produzzjonijet lokali li, fil-fatt, jagħmlu aktar minn 90% tal-programmi kollha ta' Net Television. Minbarra l-aħbarijiet, programmi ta' ġrajjiet kurrenti u politiċi, l-istazzjon ixandar programmi sportivi, informattivi, kulturali,ta' divertiment, drama u programmi indirizzati lejn it-tfal.

Nistiednuk iżżur is-sit elettroniku ta' Net Television minn fejn tista issegwi xandiriet diretti ta' dan l-istazzjon, kif ukoll issegwi l-aħħar bulettin ta' l-aħbarijiet ta' NET News fuq l-indirizz http://www.nettv.com.mt


Radio 101 jitrasmetti 24 siegħa kuljum. L-istazzjon joffri firxa ta' programmi li jvarjaw minn aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, politiċi, mużika, sport, programmi kulturali u programmi dwar life style. Sa mill-ewwel xandira tiegħu fl-1991, Radio 101 stabbilixxa ruħu fost l-aqwa stazzjonijiet tar-radju lokali. Radio 101 huwa l-ewwel stazzjon lokali li beda jxandar permezz tal-podcasting.
Nistiednuk iżżur is-sit elettroniku ta' Radio 101 minn fejn tista issegwi xandiriet diretti ta' dan l-istazzjon, kif ukoll issegwi l-aħħar bulettin ta' l-aħbarijiet ta' Radio 101. Min dan is-sit tista' tabbona b'xejn għal servizz ta' podcasting fejn tirċievi direttament fuq il-computer tiegħek l-aħħar bulettin ta' l-aħbarijiet kif ukoll sensiliet ta' dokumentarji li jxandar dan l-istazzjon. L-indirizz tas-sit ta Radio 101 huwa
http://www.radio101.com.mt



  gov.mt

  budget2008.com.mt

  pn.org.mt

  timesofmalta.com

 


Il-maltarightnow huwa servizz ta' l-aħbarijiet offrut mill-kumpanija Media.Link permezz ta' l-internet. Dan il-portal ikun aġġornat diversi drabi matul il-jum b'aħbarijiet kemm mix-xena lokali kif ukoll internazzjonali. Barra minhekk dan in-newsportal joffri diversi stejjer oħra ta' interess mix-xeni mużikali, kemm lokali u internazzjonali, kulturali, xjenza u teknoloġija, aħbarijiet mill-Unjoni Ewropea, aħbarijiet minn Għawdex, aħbarijiet Finanzjarji kif ukoll sportivi.
Il-maltarightnow joffri wkoll servizz ta' rapport tat-temp sa ħames t'ijiem bil-quddiem, aġġornament tat-tluq u l-wasliet ta' l-ajru fl-ajruport internazzjonali ta Malta, djarju tal-President kif ukoll servizzi ta' darba fil-ġimgħa li jinkludu riċetti, reviews ta' films li jkunu qed jintwerew fiċ-ċinema lokali, reviews fuq kotba li jkunu għadhom kif ġew pubblikati, artikli fuq diversi destinazzjonijiet u skeda tal-programmi fuq il-media lokali.

Nistiednuk iżżur is-sit maltarightnow fuq l-indirizz
http://www.maltarightnow.com


Il-Euro Tours hija l-kumpanija ta' l-ivvjaġġar tal-Partit Nazzjonalista. Minbarra li toffri servizzi li normalment jinstabu f'kull kumpanija oħra f'dan is-settur, il-Euro Tours toffri wkoll poloz ta' assigurazzjoni fuq safar, vetturi, dgħajes u djar.

Bħala waħda mill-aktar aġenziji ta' l-ivjaġġar popolari fil-pajjiż, il-Euro Tours hija rinomata għall-vjaġġi, fi bliet ewropej u destinazzjonijiet popolari, cruises u fil-muntanji.
Nistiednuk iżżur is-sit elettroniku tal-Euro Tours fejn minbarra li issib informazzjoni fuq il-vjaġġi li ser torganizza l-kumpanija fil-futur qrib issib ukoll rapport tat-temp fil-bliet madwar id-dinja, aġġornament tat-tluq u l-wassliet ta' l-ajru fl-ajruport internazzjonali ta' Malta, rati tal-kambju, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri ta' saħħa li kull passiġġier ikollu jiehu skond id-destinazzjoni li tagħżel minn madwar id-dinja kollha. L-indirizz tas-sit elettroniku tal-Euro Tours huwa http://www.eurotours.com.mt


Copyright © 2007-2008 JoeCassar.com.mt
designed by Cyberspace Solutions